Jindarab gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Birkirkara
Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:30 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Fleur De Lys Birkirkara.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta raġel ta’ 36 sena mill-Mali kien safa’ milqut minn vettura ta’ tip Mazda Demio misjuqa minn tfajla ta’ 21 sena li tgħix Ħaż Żebbuġ.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel midrub sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.