Jindarab gravi wara li waqa’ minn fuq trakk f’Għawdex

Raġel ndarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:00 a.m kien involut f’inċident fi Triq l-Ewropa r-Rabat Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel, Tork ta’ 31 sena, waqa’ minn għoli wara li żelaq hu u jħott xi materjal minn fuq trakk.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura neċessarja.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: