Jittellgħu l-poloz tal-FIFA Club World Cup

Fil-kwartieri ġenerali tal-FIFA fi Zurich, l-Isvizzera, it-Tlieta, ġew imtellgħin il-poloz tal-FIFA Club World Cup li għandha tibda fl-4 ta’ Frar u tintemm fil-11 ta’ Frar fil-Qatar.

L-ewwel logħba se tara lil Tigres UANI tal-Messiku li jirrappreżentaw liż-żona tal-CONCACAF kontra Ulsan Hyandai FC tal-Korea t’Isfel (3.00 pm ħin Ewropew) li huma ċ-champions tal-Asja fl-Ahmad Bin Ali Stadium u fit-tieni waħda jidħlu fl-azzjoni fl-istess ġurnata Al Duhail SC tal-Qatar u Al Ahly SC (6.30 pm) tal-Eġittu u champions tal-Afrika fl-Education City.

Min jirbaħ bejn Tigres u Ulsan jilgħab kontra ċ-champions tal-Copa Libertadores, fis-sem-finali, li jkunu wieħed miż-żewġ Brażiljani, Palmeiras u Santos, li jiltaqgħu kontra xulxin fit-30 ta’ Jannar, waqt li fis-semi-finali l-oħra, Al Duhail jew Al Ahly jiltaqgħu kontra Bayern Munich (7.00 pm).

Il-finali se ssir fl-Education City u tibda fis-7.00 pm.

Il-Kumitat tar-Referees tal-FIFA ħabbar l-uffiċjali li se jikkontrollaw il-logħbiet meta b’kollox se jkun hemm seba’ referees u 12-il assistent referees u flimkien magħhom ġew magħżula seba’ Video Match Officials (VMO) biex joperaw il-VAR waqt it-tournament.

Il-ħatra tat-trio femminili mmexxi minn Edina Alves Batista tkompli fit-triq tal-FIFA Under-17 World Cup 2017 fl-Indja, meta l-Isvizzera Esther Staubli kienet ikkontrollat logħba, segwita mir-referee Urugwajana Claudia Umpierrez li kkontrollat żewġ logħbiet fil-FIFA Under-17 World Cup 2019 fil-Brażil.

Share With: