Jiżdiedu l-vjaġġi iżda jonqsu l-passiġġieri u l-vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex

Matul ir-raba’ kwart tal-2020, it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex irreġistra żieda fil-vjaġġi u tnaqqis kemm f’dak li huwa passiġġieri u vetturi b’paragun mal-istess perjodu tal-2019.

B’kollox kien hemm 876,054 passiġġier li qasmu bejn Malta u Għawdex bejn Ottubru u Diċembru tas-sena li għaddiet. Dan jirriżulta fi tnaqqis ta’ 35.4% meta pparagunat mal-istess perjodu tas-sena preċedenti

L-ogħla numru ta’ passiġġier li qasmu bejn Malta u Għawdex kien reġistrat matul ix-xahar ta’ Ottubru, meta b’kollox qasmu 327,214 passiġġier, jew 37.4% tat-total. B’paragun mas-sena preċedenti, in-numru ta’ vetturi wkoll irreġistra tnaqqis ta’ 8.2%, b’total ta’ 390,781 vettura.

In-numru tal-vjaġġi min-naħa l-oħra kienu jammontaw għal 8,094, żieda ta’ 5.8% fuq l-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.

L-akbar numru ta’ vjaġġi saru matul ix-xahar ta’ Ottubru b’2,760 vjaġġ jew 34.1% tat-total tal-vjaġġi li saru.

Share With: