Karozza ta’ uffiċjal korrettiv tingħata n-nar matul il-lejl

Karozza ta’ uffiċjal korrettiv ingħatat in-nar matul il-lejl li għadda. Qalet dan it-Taqsima Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar fi ħdan il-General Workers’ Union.

Ritratti li kienu ppubblikati fuq il-paġna tal-midja soċjali tat-taqsima juru lill-karozza maħkuma min-nirien, b’ritratt ieħor juri l-ħsarat estensivi li ġarrbet l-istess karozza kaġun tan-nirien.

L-inċident seħħ f’Ħal Qormi.

Il-GWU esprimiet solidarjetà mal-uffiċjal inkwistjoni u mal-qraba tiegħu.

Share With: