“Kburi b’dak li għamilt fil-Parlament fi 23 sena”

Wara dak iż-żmien li l-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwari u talabni biex jien nirriżenja, illum ħassejt il-bżonn li nikser is-silenzju. Nikser is-silenzju għax ninsab b’saħħti aktar minn qatt qabel biex inwasssal il-messaġġ tiegħi. Nagħmel dan b’wiċċi minn quddiem għax in-nies tajthom u mhux ħadtilhom. Fi 23 sena f’dan il-Parlament, b’wiċċi minn quddiem inħares lejn in-nies u huma jħarsu lejja b’tama u fiduċja.”

Silvio Parnis qal li “l-Kap tal-Oppożizzjoni kien qal li ‘Parnis kważi tmejjel bil-weġgħat tan-nies’. Jien għamilt hekk? Fl-eqqel tal-pandemija meta Bernard Grech kien qed jikkampanja biex jilħaq Kap tal-PN, aħna għamilna dak kollu li kien hemm bżonn isir. Dan għamilnieh mhux kumitat b’erba’ politiċi imma bl-esperti fil-qasam mediku. Konna nlaqqgħu lil min imexxi lid-djar tal-anzjani.”

Tenna li “aħna kellna esperti li tawna l-pariri. Kull persuna anzjana li mietet kien jeħel Silvio Parnis. Fid-dinja kollha mietu l-anzjani. Jien fil-kuxjenza tiegħi nħossni kburi b’li għamilt. Jien lin-nies tajthom tama. Tajthom saqaf. Tejjibtilhom il-ħajja tagħhom. In-nies mort żorthom fi djarhom f’ħames snin sħaħ”.

Share With: