Kesħa li mistennija tippersisti

Il-kesħa xxoqq il-għadam li esperjenzajna f’dawn l-aħħar jiem, mistennija tippersisti hekk kif skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-ogħla temperatura tal-lum mistennija tkun ta’ 14°C u tinħass daqslikieku hija 11°C, temperatura simili għal dik tal-bieraħ. Apparti li llum mistenni riħ qawwi, l-inqas temperatura tal-lum mistennija tinżel sa saħansitra 6°C.

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda kien hemm ukoll maltempata bir-ragħad u bis-silġ li laqtet diversi lokalitajiet.

Share With: