“Kienu determinati jagħmlu l-impossibbli biex isalvawh”

Dan is-sit kontinwament ifaħħar lil dawk kollha li matul is-sena kollha, mingħajr ħdud u festi jagħtu servizz lill-pubbliku. Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-aħħar sigħat reġgħu kienu kruċjali biex kelb li spiċċa maqbud f’kanal fil-Mellieħa seta’ jiġi salvat.

F’kitba fuq il-midja soċjali, segwita minn diversi kummenti ta’ gratitudni, l-pubbliku apprezza l-ħidma ta’ dawn l-uffiċjali li fl-ewwel jum tas-sena, waqt li ħaddieħor kien qiegħed igawdi l-familtu, dawn in-nies kienu qegħdin jħabblu rashom kif se jgħinu lil dan il-kelb. Persuna li kienet fil-post qalitilna li mingħajr l-għajnuna professjonali ta’ dawn in-nies ma tantx kellhom għażla ħlief li jipperikolaw ħajjithom biex isalvawh.

Il-kitba temmet tgħid li dik li setgħet kienet traġedja għalihom fl-ewwel jum tas-sena tista’ tgħid inbidlet f’miraklu żgħir meta setgħu jirritornaw bħala familja waħda lura lejn darhom.

Share With: