Kieran Tierney fir-radar ta’ Napoli

Kieran Tierney qed jitiqes bħala mira għal Napoli wara li t-team tas-Serie A naqas milli jakkwista lid-difensur tal-Arsenal fil-bidu tal-istaġun li għadda.

Il-player internazzjonali tal-Iskozja għażel li jiċċaqlaq minn Celtic għal Arsenal f’Awwissu tal-2019 għall-ħlas ta’ £25 miljun, minkejja li diġá kien hemm interess dak iż-żmien minn Napoli.

Tierney kien bla dubju l-iktar player konsistenti ta’ Arsenal f’dan l-istaġun, u rċieva tifħir kbir għall-prestazzjonijiet tiegħu fuq ix-xellug. Madankollu, il-Gunners issa jistgħu jiffaċċjaw kompetizzjoni biex iżommu lill-player ta’ 23 sena hekk kif Napoli qed jippjanaw offerta ġdida.

Napoli x’aktarx ma jagħmlux offerta għal dan il-player dan ix-xahar, iżda dan jista’ jinbidel fis-sajf meta l-fondi jsiru disponibbli. Tierney beda l-logħbiet kollha tal-Premier League ta’ Arsenal ħlief waħda f’dan l-istaġun, skorja goal u provda żewġ assists.

Share With: