L-Arġentina u ċ-Ċilì milqutin minn terremot qawwi

Terremot qawwi laqat lit-Tramuntana tal-Arġentina viċin il-fruntiera maċ-Ċilì ftit qabel nofsillejl. It-theżżiża, li kellha qawwa ta’ 6.4 fuq l-Iskala Richter inħasset sew miż-żewġ pajjiżi.

Il-midja lokali qed tgħid li ma kienx hemm rapporti ta’ nies li ndarbu fit-theżżiża jew ħsarat kbar, għalkemm kien rapportat qtugħ ta’ dawl f’ċerti żoni.

Il-US Geological Survey qal li t-theżżiża kellha l-epiċentru tagħha madwar 27 kilometru fil-Lbiċ tal-belt ta’ porcito fl-Arġentina, f’fond ta’ madwar 14-il kilometru.

It-terremot kien segwit kwarta wara minn aftershock ieħor qawwi ta’ 5.0 fuq l-Iskala Richter. Mill-inqas ħames aftershocks oħrajn kienu reġistrati fis-siegħa ta’ wara bil-qawwa tagħhom tvarja bejn il-5.3 u l-4.8 fuq l-Iskala Richter.

Share With: