L-Awtorità tad-Djar keċċiet 14-il persuna minn djar tal-Gvern fl-2020

Matul is-sena 2020, l-Awtorità għad-Djar keċċiet xejn inqas minn 14-il persuna minn akkomodazzjoni soċjali tal-Gvern.

Fil-Parlament, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes qal li “fl-2020 saru 14-il żgumbrament. Fl-aħħar tliet snin l-Awtorità tad-Djar wettqet 4,400 spezzjoni sabiex jiġi assigurat li l-proprjetà tal-Gvern tkun qegħda tintuża b’mod ġust. Intenni li m’aħna se nittolleraw ebda abbuż, dan sabiex nassiguraw li l-appartamenti tal-Gvern jintużaw minn persuni u familji ġenwinament fil-bżonn.”

Share With: