L-Enemalta tagħti kumpens ta’ kważi €160,000 f’erba’ snin minħabba ħsarat kkaġunati minn qtugħ fil-provvista tad-dawl

Bejn l-2017 u l-2020 l-Enemalta tat f’kumpens €159,761.34 lil persuni li ressqu każ kawża ta’ ħsarat fil-provvista tad-dawl.

Qalet dan il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli meta kienet qed twieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus.

Meta kienet qed twieġeb fir-rigward tat-talbiet pendenti li l-Enemalta għandha minħabba dawn il-ħsarat, il-Ministru Dalli tenniet li din l-informazzjoni għadha qed tiġi pproċessata.

Share With: