“L-iskejjel miftuħin … għaddejja kordinazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa”
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana kitbet tgħid li bħalissa qed isiru l-evalwazzjonijiet tas-sitwazzjoni fl-iskejjel u qed jiġu diskussi soluzzjonijiet differenti.
Hija żiedet li kien biss ftit sigħat qabel infetħu l-iskejjel wara l-vaganzi tal-Milied li l-awtoritajiet ġew rinfaċċjati b’azzjoni idustrijali fejn l-għalliema ġew ordnati ma jirrapurtawx għax-xogħol.
Il-Ministru tenniet li tifhem l-inkonvenjent li nholoq għall-ġenituri u li l-awtoritajiet se jibqgħu kommessi li jindirizzaw dan l-inkonvenjent għall-ġid tat-tfal. Caruana qalet li l-kordinazzjoni mal-Awtoritajiet tas-Saħħa għaddejja b’mod kontinwu.
F’post oħra l-Ministru kkonfermat mill-ġdid li l-iskejjel huma miftuħin u li:
-It-trasport se jkun qed jaħdem b’mod normali
-Il-kolazzjon tqassam b’mod normali
-Jekk l-istudenti ma jattendux, m’hemmx bżonn ta’ ċertifikat mediku
-Il-lezzjonijiet se jkunu qed jingħataw skont l-għalliema li jidħlu għax-xogħol.
Aqra wkoll:
“L-istrajk suċċess kbir … qed niġbdu ħabel wieħed għall-ġid komuni” – L-MUT