L-Istati Uniti u gvernijiet Ewropej jitolbu għall-ħelsien mill-arrest ta’ Alexei Navalny

L-Istati Uniti u diversi gvernijiet Ewropej talbu għall-ħelsien mill-arrest tal-kap tal-oppożizzjoni Alexei Navalny. L-awtoritajiet Russi arrestaw lill-kritiku tal- Kremlin Alexei Navalny hekk kif ilbieraħ wasal ir-Russja f’titjira mill-Ġermanja.

Hekk kif l-ajruplan li kien abbord fuqu kien qiegħed joqrob lejn Moska dan kien ordant jbiddel ir-rotta fl-aħħar minuta minħabba li fl-ajruport kienu nġemgħu għadd ta’ attivisti ta’ Navalny u ġurnalisti.

Navalny ġie arrestat hekk kif huwa wera l-passaport lill-gwardji tas-sigurtà eżatt waqt kien se jidħol ir-Russja. Il-mara tiegħu Yulia, u l-avukat tiegħu tħallew jidħlu. S’issa għadu mhux magħruf għaliex ġie arrestat, iżda aktarx dan seħħ minħabba li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża li kien ingħata fl-2014.

F’Awwissu li għadda Navalny, li huwa l-kap tal-oppożizzjoni u kritiku kbir tat-tmexxija ta’ Valdimir Putin, intilef minn sensih hekk kif kien abbord ajruplan f’titjira ġewwa r-Russja. Eventwalment hu kien ittieħed għall-kura fil-Ġermanja u hemmhekk instab li kien ġie vvelentat. 

Share With: