Leonardo jammetti li PSG mhux se jisforzaw lil Kylian Mbappe u Neymar biex jibqgħu fil-club u jestendu l-kuntratti attwali tagħhom

Id-direttur sportiv ta’ Paris Saint-Germain, Leonardo, stqarr li ċ-champions Franċiżi mhux se jkunu qed jisforzaw lil Kylian Mbappe u Neymar biex jibqgħu fil-club u jestendu l-kuntratti attwali tagħhom.

Dawn iż-żewġ players huma kkunsidrati bħala tnejn mill-aqwa players tad-dinja, iżda jinsabu barra mill-kuntratt fi tmiem l-istaġun 2021-22 u għad iridu jimpenjaw il-futur tagħhom mal-club mil-Ligue 1.

Minkejja dan, Leonardo qed jittama li t-tnejn huma kuntenti fil-kapitali Franċiża u jestendu l-kuntratti tagħhom dalwaqt.

Huwa sostna: “Nispera li huma konvinti li PSG huwa club tajjeb għall-player ta’ livell għoli u ambizzjuż.

“Għandna bżonn biss insibu ftehim bejn ix-xewqat tagħhom, it-talbiet tagħhom, l-aspettattivi tagħna u l-mezzi tagħna. Iżda mhux se nkunu qed nibqgħu nippersistu biex jibqgħu magħna. Dawk li verament iridu jibqgħu … ħa jibqgħu. Aħna nitkellmu regolarment u għandi sentimenti tajbin fuq dawn iż-żewġ kwistjonijiet.”

Mbappe ta’ 22 sena, u Neymar ta’ 28 sena, flimkien skorjaw 37 goal f’36 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha matul dan l-istaġun.

Share With: