Luka Jovic irid jitlaq lil Real Madrid

L-attakkant ta’ Real Madrid, Luka Jovic, jixtieq itemm l-esperjenza negattiva tiegħu fil-kapitali Spanjola dan ix-xahar.

L-ex player ta’ Eintracht Frankfurt ilu jsofri minn injuries u kwistjonijiet relatati mal-coronavirus u qed ikompli jissielet biex jiġi utilizzat ma’ Real Madrid. Jovic għamel biss ħames dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha għat-team ta’ Zinedine Zidane f’dan l-istaġun u għad irid jirreġistra goal wieħed jew jipprovdi assist f’dan l-istaġun.

Jidher li Jovic se jfittex li jħalli lill-Galacticos fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, u Zidane huwa kuntent li jħallih jitlaq wara li jidher li tilef il-fiduċja fl-attakkant Serb.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena qed jissemma’ li jista’ jirritorna mal-ex club ta’ Frankfurt, fost interess ukoll minn AC Milan. Wolverhampton Wanderers ġew ukoll ikkreditati b’interess f’Jovic hekk kif qed ifittxu sostitut għal Raul Jimenez.

Share With: