“Maġistrat f’Għawdex tefa’ lil kulħadd bara mill-awla minħabba Covid-19 … spiċċaw f’kamra iżgħar”

Id-Deputat Nazzjonalist Jason Azzopardi f’intervent fil-Parlament spjega li hemm tħassib fost avukati minħabba kjuwijiet fil-Qorti f’Malta. Hu spjega li l-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra, Maġistrat f’Għawdex tefa’ l-kulħadd ‘il barra għax fl-awla kien hemm madwa 40 persuna. Id-Deputat Nazzjonalista qal li minkejja li dawn intefgħu ‘l barra, spiċċaw f’kamra li kienet iżgħar mill-awla li kienu fiha qabel.

Id-Deputat Azzopardi qal li hu infurmat li sar verbal mill-istess Maġistrat lill-awtoitajiet tas-saħħa.

Share With: