Malta fis-seba’ post fid-dinja fl-għoti tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19

Minn statistika maħruġa minn Our World in Data, jirriżulta li Malta tinsab fis-seba’ post mid-dinja kollha u t-tieni fl-Unjoni Ewropea (UE) fl-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19. 

Dan ħabbru l-Prim Ministru Robert Abela, f’post fuq Facebook, filwaqt li rringrazzja  lill-ħaddiema kollha li ta’ kuljum qegħdin jaħdmu biex tiżdied ir-rata’ ta’ tilqim. 

F’din l-istatistika, li tinħadem għal kull 100 persuna, jidher li fl-ewwel post hemm l-Israel b’ 29.43 tilqim għal kull 100 persuna, l-Emirati Għarab Magħquda b’19.93, il-Baħrejn fit-tielet post b’ 8.32, warajha hemm ir-Renju Unit b’3.71, segwita mid-Danimarka b’2.94 u Malta b’ 2.65. 

Apparti minn hekk, il-Prim Ministru fl-aħħar żied jgħid, “ħajr ukoll lil dawk kollha li qed jilqgħu l-istedina li qed issirilhom biex jitlaqqmu.”

Share With: