Malta wieħed mill-pajjiżi b’restrizzjonijiet ta’ vjaġġar lejn l-Istati Uniti

Il-President Amerikan Joe Biden reġa’ daħħal fis-seħħ restrizzjonijiet fuq vjaġġar minn ċittadini mhux Amerikani li jkunu qed jivvjaġġaw mill-Brażil, l-Irlanda, ir-Renju Unit u 26 pajjiż tal-Unjoni Ewropea li jippermettu vjaġġar bi fruntieri miftuħin. Mal-lista huwa żied ukoll lill-Afrika t’Isfel.

Intant Malta hija fost is-26 pajjiż Ewropew li ġew impattati mir-restrizzjonijiet, bil-pajjii jifformat parti miż-żona Schengen. Il-pajjiżi jinkludu lill-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Italja, il-Latvija, il-Liechtenstein, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olandain-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, l-Islovenja, Spanja, l-Iżvezja u l-Iżvizzera.lingue

Jen Psaki, is-segretarju għall-midja tal-White House, qal li “dan mhuwiex iż-żmien biex jitneħħew restrizzjonijiet fuq vjaġġar internazzjonali”.

Ir-restrizzjoni imposta minn Biden tfisser li l-ebda persuna barranija li żaret lil wieħed mill-pajjiżi inklużi fil-lista qabel il-vjaġġ tagħhom lejn l-Istati Uniti mhi se tkun qed titħalla tidħol fil-pajjiż.

Dr Anthony Fauci, l-ogħla espert Amerikan dwar mard infettiv, iddeskriva d-deċiżjoni ta’ Biden bħala waħda prudenti.

Share With: