Mauricio Pochettino determinat li jiffirmaw lil Paul Pogba ma’ PSG fis-sajf

Il-manager ta’ Paris Saint-Germain Mauricio Pochettino jinsab determinat li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Manchester United Paul Pogba maċ-champions Franċiżi matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.

Pogba sab triqtu lura fl-ewwel 11 ta’ Ole Gunnar Solskjaer f’dawn l-aħħar ġimgħat, iżda l-player ta’ 27 sena huwa mistenni li jħalli Old Trafford fl-aħħar tal-istaġun.

Juventus u Real Madrid ilhom meqjusa bħala l-favoriti għall-player internazzjonali ta’ Franza, li fadallu biss 18-il xahar fil-kuntratt tiegħu mar-Red Devils. Madankollu, PSG jinsabu sew fit-tellieqa  biex jakkwistaw lil dan il-palyer, b’Pochettino jidentifika lir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2018 bħala l-player ideali biex jibni t-team tiegħu madwaru. Man United għadhom iridu offerta fir-reġjun ta’ £75 miljun għal Pogba minkejja li l-aġent tal-midfielder Mino Raiola insista f’numru ta’ okkażjonijiet li l-klijent tiegħu jrid jimxi ‘l quddiem. L-ex player ta’ Le Havre skorja darbtejn u pprovda tliet assists f’21 dehra għar-Red Devils matul dan l-istaġun.

Share With: