Melita tgħid li s-servizzi tal-internet qed jirritornaw għan-normal minkejja li l-attakk għadu għaddej

Bosta klijenti ta’ Melita bdew matul il-ġurnata tal-lum esperjenzaw problemi bis-servizz tal-internet, bil-kumpanija għid li dan huwa kaġun ta’ attakk ċibernetiku bil-għan li jiksbu flus.

Kienu bosta dawk il-persuni li fuq il-midja soċjali qalu li kienu qed jesperjenzaw problemi bis-servizz tal-internet tagħhom.

Intant fi stqarrija l-kumpanija qalet li sofriet attakk tat-tip DDOS bil-għan li min wettaq l-attakk ċibernetiku jikseb flus.

Fl-istess waqt Melita żiedet tgħid li l-bda mis-sistemi tagħha ma ġew miksurin, bil-Pulizija tiġi informata dwar l-attakk.

Hija żiedet tgħid li attakki ċibernetiċi ta’ dan it-tip kulma jmur qed isiru aktar komuni, bil-kumpanija tinvesti b’mod sostanzjali fl-infrastruttura tagħha biex tassigura kontinwità fis-servizz u biex tkun protetta l-informazzjoni tal-klijenti tagħha.

Intant aktar tard illejla Melita qalet li s-servizzi tal-internet lill-konsumatur qed jirritornaw għan-normal minkejja li l-attakk għadu għaddej. Ikkonfermat dan l-istess Melita fi stqarrija.

Melita qalet li fil-biċċa l-kbira taffiet l-attakk DDOS (Distributed Denial of Service) imniedi kontriha aktar kmieni llum.

Qalet li minkejja li l-inċident tal-lum huwa wieħed mill-aktar sofistikati s’issa, dan huwa fenomenu globali ta’ kriminali li jfittxu li jestorataw il-flus u jaffettwaw l-operaturi madwar id-dinja.

Share With: