Oliver Scicluna: “M’għandniex nibżgħu nużaw il-kelma diżabilità”

“Dħalt fil-politika biex ngħallem u nitgħallem ukoll.” Hekk qal Oliver Scicluna, li nhar it-Tnejn li għadda ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari.

F’kumment fuq il-midja soċjali, Scicluna tenna li l-ewwel ħaġa li se jkun qed jiġbed l-attenzjoni dwarha hija l-biża’ mill-użu tal-kelma diżabilità.

“Politiċi kollegi ħa ngħidilkom għalfejn għandna ma nibżgħux mill-kelma diżabilità,” tenna Scicluna. “Il-kelma diżabilità tfakkarna f’kemm fadlilna naqdfu f’dan is-settur u kemm il-‘buzz words’ mhux se jagħmlu ġustizzja mal-persuni b’diżabilità.”

Tenna li jekk wieħed jaħrab milli juża din il-kelma allura jkun qed jirrendi inviżibbli l-ostakli li jiffaċċjaw persuni b’diżabilità.

Share With: