Oliver Scicluna se jkun qed jiġi co-opted biex jieħu l-post battal ta’ Gulia

Oliver Scicluna se jkun qed jiġi co-opted fil-Parlament biex jieħu post Gavin Gulia li rriżenja ftit wara li ġie elett f’elezzjoni każwali aktar kmieni din il-ġimgħa.

Dan kien ikkonfermat kemm mill-Prim Ministru Robert Abela u mid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef.

Scicluna, ta’ 34 sena, ġie maħtur bħala l-ewwel Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità f’Ġunju 2016.

Din se tkun l-ewwel esperjenza ta’ Scicluna fix-xena politika Maltija wara snin jaħdem fis-settur tad-diżabilità.

Gulia rriżenja minn deputat wara 24 siegħa mindu reġa’ ġie elett bħala Membru Parlamentari f’elezzjoni każwali li żvolġiet biex jimtela l-post battal li tħalla mill-Ministru edward Scicluna.

Fl-2014 inħatar bħala ċ-ċermen tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. Huwa wkoll id-deputy chairperson tal-FITA.

Wara t-twaqqif tas-CRPD bħala l-korp regolatorju nazzjonali għad-diżabilità, is-Sur Oliver Scicluna ġie maħtur bħala l-ewwel Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità f’Ġunju 2016.

F’kumment fuq il-midja soċjali Daniel Micallef iddeskriva lil Scicluna bħala bniedem b’kompetenzi varji mhux biss fil-qasam tad-diżabilità, li se jkompli jsaħħaħ it-tim tal-Gvern u jkun ta’ kontribut għall-pajjiż fuq livell Parlamentari,

Share With: