Papu Gomez ma jridx jingħaqad ma’ Torino u Fiorentina

Torino u Fiorentina għandhom il-flus meħtieġa biex jiffirmaw lil Papu Gomez mingħand Atalanta, iżda l-istilla Arġentina ma jridx jingħaqad ma’ xi wieħed miż-żewġ clubs tas-Serie A.

Gomez ta’ 32 sena mistenni jħalli lil Atalanta fost relazzjoni mimlija tensjoni mal-coach Gian Piero Gasperini.

La Dea ma jridux ibiegħu lil Gomez bl-irħis lir-rivali diretti tagħhom għal post fiċ-Champions League. Matul il-waqfa tal-Milied, Gomez deher li rranġa xi differenzi li kellu mal-president tal-Bergamaschi, Antonio Percassi, iżda jidher li r-relazzjoni tiegħu mal-coach Gian Piero Gasperini setgħetx tiġi rranġata.

L-internazzjonali Arġentin skorja ħames goals u provda erba’ assists f’16-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha s’issa dan l-istaġun.

Share With: