Persuni li jirkupraw mill-virus qed jitqiesu 83% protetti milli jerġgħu jiġu infettati

Ħafna minn dawk li ġew infettati bil-virus tal-Covid-19 qed jitqiesu protetti milli jerġgħu jlaqqtu l-virus għal mill-anqas ħames xhur.

Skont studju li sar minn xjenzati fl-Ingilterra rriżulta li infezzjoni fil-passat tat protezzjoni ta’ 83% lill-istess persuni milli jerġa’ jaqbadhom il-virus meta kkumparati ma’ dawk li qatt ma kellhom il-virus.

Minkejja dan esperti oħra qegħdin iwissu li xi persuni jistgħu jerġgħu jiġu infettati mill-ġdid u jistgħu wkoll jinfettaw persuni oħrajn.

Intant minħabba s-sitwazzjoni allarmanti fil-pajjiż, l-awtoritajiet tas-Saħħa fl-Ingilterra qed jinsistu li ċ-ċittadini josservaw l-istruzzjonijiet biex kemm jista’ jkun kulħadd jibqa’ miġbur f’daru.

Share With: