PSG jistgħu jitħabtu biex jakkwistaw lil Lionel Messi

Paris Saint-Germain jista’ jkun li ma jkunux jistgħu jiffirmaw lill-attakkant ta’ Barcelona Lionel Messi minħabba l-pagi tal-Arġentin.

Messi daħal fl-aħħar sitt xhur tal-kuntratt tiegħu mal-club immexxi minn Ronald Koeman u huwa liberu li jibda taħdidiet ma’ clubs oħra wara li naqas milli jħalli lill-Katalani fis-sajf li għadda.

PSG u Manchester City huma maħsuba li huma ż-żewġ clubs finanzjarjament kapaċi li jilħqu ftehim għas-sitt darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb, bil-Financial Fair Play, il-pandemija u l-fatt li PSG ġew affettwati bħall-clubs il-kbar l-oħra kollha, qed jidher ferm diffiċli li jkollhom players bħal Neymar, li għandu ‘l fuq minn €30 miljun fis-sena, Messi b’aktar minn €60 miljun fis-sena u Mbappe potenzjalment b’kuntratt ġdid fuq l-istess ammont bħal Neymar.

Messi – li qed ikun marbut ukoll ma’ ċaqliq għall-MLS fl-Istati Uniti – beda jilħaq l-aqwa forma wara bidu kajman tal-kampanja u kien strumentali fir-rebħa kbira ta’ 4-0 li Barcelona kisbu kontra Granada nhar is-Sibt li għadda.

Share With: