Raba’ fl-Imġarr jista’ jgħib… aktar art verġni mhedda

Għadd ta’ Mġarrin jinsabu rrabjat u ħarġu qatta bla ħabel kontra proposta ta’ żvilupp għall-proġett. Il-proġett qed jippropona li jinbena park solari f’għadd kbir ta’ għelieqi. Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr irrikonoxxa t-tħassib tar-residenti. Tenna li qed jieħu l-pariri tekniċi mill-konsulenti tiegħu dwar dan. 

Fil-fatt il-komunita Mġarrija immedjatament bdiet torganizza ruħha kontra dan il-proġett li jġib l-applikazzjoni PA/05313/20. Inbdiet petizzjoni li topponi l-proġett maħsub għaż-żona magħrufa bħala Tar-Ragħad, fi Triq il-Banjijiet Rumani. Il-proġett, li l-applikant tiegħu huwa Joseph Schembri, jikkonsisti f’serer u park solari f’żona ta’ madwar 43,303 metru kwadru.

Il-petizzjoni qed tgħid li dan il-proġett se jirrovina x-xenarju tal-Imġarr, u jkompli jeqred id-dehra rurali tar-raħal. Enfasizzaw li l-proġett se jieħu art verġni ‘l barra miż-żona tal-iżvilupp, u se jipperikola simboli tradizzjonali tar-ruralità Maltija, bħall-ħajt tas-sejjieħ u l-girna. 

Share With: