Raġel arrestat b’Mandat ta’ Arrest Ewropew jaċċetta li jiġi estradit lejn il-Ġermanja

Il-Pulizija Maltija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, ilbieraħ arrestaw raġel mill- Kamerun, ta’ 25 sena, permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew, maħruġ fuq talba tal-Awtoritajiet Ġermaniżi.

Ir-raġel kien imfittex sabiex jgħaddi proċeduri kriminali dwar serqa armata u kriminalità organizzata fil-Ġermanja. L-istess persuna bħalissa qiegħed jiskonta sentenza fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, wara li f’Settembru li għadda nstab ħati fuq reati relatati ma’ passaporti foloz.

Ir-raġel tressaq il-Qorti aktar kmieni illum biex jibda proċeduri ta’ estradizzjoni fejn aċċetta li jiġi estradit lejn il-Ġermanja. Huwa se jibqa’ jinżamm fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Mark Galea, mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali.

Share With: