Raġel armat iwettaq serqa f’Tas-Sliema

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija 7:30 p.m, il-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq Rodolfu, Tas-Sliema.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel li allegatament kien armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab lill-impjegata, tfajla ta’ 23 sena, sabiex tagħtih il-flus.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema.

Share With: