Raġel jaqa’ l-baħar bil-karozza fiċ-Ċirkewwa

Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates

Raġel ittieħed l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:15p.m kien involut f’inċident fiċ-ċirkewwa.

Inewsmalta tinsab infurmata li r-raġel tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq waqt li kien qed jipparkja bil-konsegwenza li waqa’ b’kollox fil-baħar.

Minnufih intalbet l-assistenza tal-Pulizija, tim mediku mill-Isptar Mater Dei kif ukoll ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili li kollha waslu fuq il-post ftit tal-ħin wara.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ inewsmalta li r-raġel rnexxielu joħroġ mill-karozza u tela’ mill-baħar wara li għam għal sellum li kien hemm fil-viċin.

Il-kunidzzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Share With: