Raġel se jitressaq il-Qorti wara li żewġ persuni ġew arrestati b’rabta ma’ droga

L-Erbgħa għall-ħabta tas-6:00 p.m, l-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga arrestaw żewġ persuni, raġel ta’ 35 sena li jgħix Tas-Sliema u mara ta’ 38 sena li tgħix Santa Venera, qrib it-terminal taċ- Ċirkewwa. Wara tfittxija fil-vettura tagħhom, instab pakkett b’ammont tad-droga suspettata kokaina.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest illum għall-ħabta tal-11:30 a.m quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech, akkużat b’pussess aggravat ta’ droga kokaina u ksur tal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: