Sewwieq jindarab gravi wara li nqaleb bil-mutur fi Triq il-Kosta
Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta fin-Naxxar.
Minn stħarriġ illi sar rriżulta li raġel Ungeriż ta’ 25 sena kien tilef il-kontroll tal-mutur Kymco li kien qiegħed isuq u konsegwentament inqaleb.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.