Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’ħabta f’Bormla

Raġel ta’ 62 sena residenti l-Isla sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ kien involut f’inċident tat-traffiku f’Bormla. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00 p.m. fi Triq San Pawl.

Jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi vettura tat-tip Toyota IQ misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Wied il-Għajn u mutur tat-tip Yamaha li kien misjuq mill-vittma.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, u kif ukoll intalbet l-għajnuna tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura fejn aktar tard huwa kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: