Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’Tal-Balal

Sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann. L-inċident seħħ fil-bypass Tal-Balal għall-ħabta tad-9.15 a.m.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi vettura tat-tip Kia Rio li kienet misjuqa minn raġel ta’ 77 sena minn San Ġwann, u mutur tat-tip Kawazaki z300 li kien misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti Birżebbuġa.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post li sussegwentement ħa lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni medika tar-raġel għadha mhix magħrufa f’dan l-istadju.

Share With: