Sinjali inkoraġġanti mit-tilqim… jonqsu bi tliet darbiet l-anzjani morda

Hekk kif kompla għaddej il-proċess ta’ tilqim kontra l-Covid-19,  qegħdin joħorġu riżultati mill-aktar inkoraġġanti dwar l-effetti tat-tilqim.  Dawn ir-riżultati qed joħorġu mill-Iżrael, il-pajjiż li bħalissa hu fuq quddiem fejn jidħol l-ammont ta’ nies imlaqqmin. Filfatt minn riżultati li għadhom kif ġew imħabbrin fl-aħħar sigħat,  qed juru li anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena f’Iżrael esperjenzaw tnaqqis bi tlett darbiet f’dawkli huma każi ġodda ta’ imxija tal-Covid19. Dan waqt li r-rata ta’ imxija fost dawk bejn 40 u 50 sena baqgħet waħda kostanti.  it-tnaqqis fl-ammont ta’ anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena li mardu, hu attribwit għat-tilqima.

Il-Professsur Taljan Roberto Buironi, laqa’ b’sodisfazzjon dawn ir-riżultati u ddeskrivihom bħala aħbarijiet xejn tajbin għal dawk li qed juru xettiċiżmu għat-tilqima.

Esperti mill-Weizmann Institute analizzaw l-aħħar informazzjoni li qed tinħareġ minn Iżrael. Qed jingħad b’mod ċar ħafna li t-tilqim fost l-anzjan issa qed jidher li qed jagħti nifs lill-isptarijiet. Issemma fil-bidu ta’ Jannar, meta l-proporzjon ta’ dawk aktar minn 60 sena li tlaqqmu laħaq l-40 fil-mija, u sa ġimgħa qabel l-ammont ta’ anzjani ta’ din l-età li mardu  kien qed jikber b’madwar 30 fil-mija. Fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar, ir-rata baqgħet l-istess. iżda fit-tieni ġimgħa ta’ Jannar, ir-rata ta’ infezzjonijiet fost dawk ta’ minn sittin sena ‘l fuq żdiedet biss b’7 fil-mija li hu tlett darbiet inqas mir-rata ta’ ġimagħtejn qabel.

Jekk imbagħad wieħed lil dawk li kellhom età bejn 40 u ftit ‘l fuq minn 50 sena, fejn hawnhekk it-tilqim miexi aktar bil-mod għax il-prijorità huma l-anzjani, wieħed jara li l-ammont ta’ dawk li mardu bil-Covid19 baqa’ wieħed kostanti b’żieda ta’ bejn 20 u 30 fil-mija.

Hu stmat li sa Marzu f’Iżrael għandhom ikunu naqqsu sew l-imwiet mill-Covid19. Irid jingħad li sat-19 ta’ Jannar, Iżrael se jkun laqqam 25.6 fil-mija tal-popolazzjoni bl-ewwel doża. Ir-rata ta’ tilqim f’Iżrael hi ta’ 32.4 persuna minn kull 100, li hi ferm għola meta tqabbilha mar-rata tal-Istati Uniti li hi ta’ 4.8 persuna kull 100 persuna waqt li tar-Renju Unit hi ta’ 7 persuni kull 100 persuna.

Share With: