Sirjan mixli b’aggressjoni fil-Mosta jagħti ruħu b’idejh lill-Pulizija

Aktar kmieni llum, is-Sirjan li kien imfittex b’rabta mal-allegat aggressjoni fil-Mosta, ta’ ruħu b’idejh lill-Pulizija fl-Għassa tal-Mosta.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

27 ta’ Jannar 2020

Sirjan ta’ 29 sena residenti Ħaż-Żebbuġ sofra ġrieħi gravi f’għonqu wara li allegatament kien aggredit fil-Mosta. B’rabta ma’ dan il-każ qed tfittex għall-allegat aggressur.

Kien ilbieraħ għall-ħabta tal-10.00 p.m. meta l-Pulizija ġiet informata mid-Dipartiment tal-Emerġenza li kienet daħlet persuna feruta f’gnqha b’oġġett li jaqta’ u bil-ponta. Huwa ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija tad-Distrett tal-Mosta tkellmu mal-vittma fen irriżulta li kien seħħ argument bejnu u bejn Sirjan ieħor f’garaxx fi Triq il-Kappar fil-Mosta. Il-Pulizija marru fuq il-post fejn seħħ l-argument madankollu ma nstab ħadd, u minnufih bdew it-tfittxija għall-allegat aggressur.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: