Sitta jinqabdu jsuqu taħt l-effett tal-alkoħol fi spezzjonijiet tat-traffiku matul il-lejl li għadda

Matul il-lejl li għadda, membri mis-Sezzjoni tat-Traffiku flimkien mal-Pulizija tad-Distretti, tar-Rapid Intervention Unit (RIU), tal-Environmental Protection Unit (EPU) u sezzjonijiet oħra, wettqu numru ta’ kontrolli bħala parti mill-ħidma kontinwa tal-pulizija fejn tidħol is-sigurtà fit-toroq Maltin. 

Waqt dawn il-kontrolli li saru madwar Malta u Għawdex twaqqfu mal-520 vettura. 

Tħarrku diversi persuni minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku li jinkludu sewqan mingħajr liċenzja valida, użu ta’ vettura mingħajr iċ-ċintorin tas-sigurtà, sewqan ta’ vettura mingħajr liċenzja valida tat-triq u polza tal-assigurazzjoni, vettura li kienet qed tinstaq b’numri tar-reġistrazzjoni neqsin u dawl mhux skond il-liġi, fost diversi ksur ta’ regolamenti oħra. 

Waqt dawn l-ispezzjonijiet, sitt persuni nstabu li kienu qegħdin isuqu taħt l-effett tal-alkoħol, filwaqt li persuna oħra rriffjutat li tagħmel it-test tal-kampjun tan-nifs (breathalyzer) u għalhekk ma tħallitx issuq.

Share With: