Statistika tpoġġi lil Malta fuq quddiem fl-UE fit-tilqim kontra l-Covid-19

“Il-vaċċinazzjoni f’Malta hija l-aktar spedita fl-Ewropa”. Hekk qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne permezz ta’ tweet.

Huwa qal dan hekk kif informazzjoni li qed tinġabar minn sit dinji ta’ statistika turi li Malta qed tlaqqam kontra l-Covid-19 b’rata ferm aktar mgħaġġla minn pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea.

L-informazzjoni miġbura mis-sit “Our World in Data” tpoġġi lil Malta, bi 3.74%, fuq quddiem tad-dożi kumulattivi ta’ vaċċini kontra l-Covid-19 li ġew amministrati lil kull 100 persuna. It-tieni l-aktar pajjiż b’rata għolja ta’ tilqim huwa d-Danimarka bi 3.28%.

Ir-rata ta’ tilqim f’Malta huwa ferm aktar ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea, li sal-21 ta’ Jannar li għadda kellha rata ta’ 1.71%

Share With: