Taljan jispiċċa l-isptar wara ħabta f’San Pawl il-Baħar

Taljan ta’ 28 sena sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 a.m. fi Triq il-Mosta.

Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi vettura tat-tip Hyundai i20 li kienet misjuqa minn Ingliż ta’ 53 sena, u mutur tat-tip Honda li kien qed jinstaq mill-vittma.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lit-Taljan l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: