Tasal f’pajjiżna l-ewwel konsenja tal-vaċċin tal-Moderna

Il-lejl li għadda l-Air Malta permezz tat-titjira KM423 ittrasportat l-ewwel konsenja tal-vaċċin tal-Moderna. It-titjira minn Brussell lejn Malta ma kinitx tal-aħħar hekk kif aktar konsenji mistennija jintbagħtu fil-ġimgħat li ġejjin.

Fost dawk li ħabbru dwar din il-wasla kien hemm id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kif ukoll il-Prim Ministru Robert Abela.

Il-Prim Ministru qal li din il-wasla tikkonferma l-ħidma tal-awtoritajiet Maltin li qed ikunu minn ta’ quddiem li jiksbu dan it-tilqim tant importanti kontra dan il-virus. Żied jgħid li dan kollu jikkonferma kemm is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi tiġi l-ewwel u qabel kollox.

Aqra wkoll:

Illejla pajjiżna se jkun l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li jirċievi l-ewwel konsenja tal-vaċċin tal-Moderna
Share With: