Tintemm l-avventura ta’ Michael Mifsud ma’ Sirens FC wara biss ftit xhur
Wara biss ftit xhir, ġiet fi tmiemha l-avventura tal-eks plejer internazzjonali Malti Michael Mifsud ma’ Sirens FC.
Waqt li Mifsud qed jikkunsidra l-futur tiegħu, issa li għandu 39 sena, l-interess fih minn clubs oħra lokali xorta għadu hemm. Dan ifisser li l-jiem li ġejjin se jkunu determinanti għal deċiżjoni dwar il-karriera tiegħu.
Jidher li fost l-għażliet li għandu quddiemu Mifsud, hemm dik li jkompli fil-Kampjonat
Premier ma’ club ieħor.
Dan hekk kif ħalla lil Sirens FC għal raġunijiet personali. L-esperjenza ta’ Mifsud ma’ Sirens FC bdiet fil-bidu ta’ dan l-istaġun, bl-attakkant ta’ esperjenza wiesa’ fil-football Malti u anke dak internazzjonali lagħab disa’ partiti u skorja goal.