Titħabbar il-mewt ta’ Sammy Galea fl-età ta’ 86 sena

Tħabbret il-mewt tal-mużiċista, kompożitur u pilastru tal-mużika Maltija Sammy Galea fl-età ta’ 86 sena. 

Galea dar id-dinja permezz tal-mużika u naqqax ismu bħala kompożitur b’karriera twila li matulha kiseb suċċess bl-unuri li kiseb kemm f’festivals lokali u anke internazzjonali.

Ewlenin fosthom kien il-kompożitur ta’ Singing This Song li biha Renato kien irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-1975 u kiseb riżultat tajjeb, filwaqt li kważi 38 sena ilu martu Doreen kienet rebħet il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija b’Jekk Trid, li iktar tard spiċċat fis-6 f’post f’festival fi Bratislava.

Fost il-kanzunetti famużi li kkompona kien hemm Singing This Song li biha Renato rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-1974.

Huwa kien rebaħ il-Lifetime Achievement Award fl-2003 fil-Malta Music Awards u Ġieħ il-Floriana mill-Kunsill Lokali tal-Floriana.

Huwa kien deskritt minn dawk li sellmu l-memorja tiegħu bħala bniedem b’talent kbir li madanakollu dejjem baqa’ umli u jevita attenzjoni żejda.

Share With: