Tkompli t-tfittxija għall-kaxxi s-suwed tal-ajruplan li ġġarraf fl-Indoneżja

Bugħaddasa Indoneżjani fittxew żona ta’ baħar ’il barra mill-kosta ta’ Jakarta f’tentattiv li jsibu l-kaxxi s-suwed ta’ ajruplan tal-passiġġieri li ġġarraf bi 62 persuna abbord. Dan filwaqt li l-investigaturi qed jipprovaw jidentifikaw il-fdalijiet umani li nstabu.

Is-sejbien tal-kaxxi suwed ikun kruċjali biex isir magħruf x’wassal biex l-ajruplan tat-tip Boeing 737-500 tal-linja tal-ajru Sriwijaya Air waqa’ mat-3,000 metru f’inqas minn minuta qabel ma ġġarraf fil-baħar.

It-titjira telqet lejn Pontianak, li tinsab madwar 460 mil ’il bogħod minn Jakarta qabel ma għebet minn fuq ir-radar erba’ minuti biss wara t-tluq tagħha mill-ajruport.

L-investigaturi s’issa ftit li xejn taw spjegazzoni dwar x’seta’ wassal għall-inċident, madankollu lbieraħ qalu li kienu sabu l-kaxxi s-suwed.

It-62 passiġġier u membri tal-ekwipaġġ li kienu abbord it-titjira kienu ta’ nazzjonalità Indoneżjana. Fosthom kien hemm ukoll għaxart itfal.

Share With: