Tlett ibliet fi New South Wales imħeġġa jagħmlu t-testijiet għall-Covid-19 u jiżolaw jekk hemm bżonn

L-iktar stat popolat tal-Awstralja, New South Wales, talab lir-residenti ta’ tliet bliet kbar biex jagħmlu t- test tal-Covid-19 u jiżolaw ruħhom jekk hemm bżonn. Dan hekk kif matul l-aħħar sigħat kompla jikber il-cluster li żviluppa ġewwa Syndey liema cluster kompla jinfirex f’għadd ta’ żoni fil-qrib. 

Il-belt ta’ Sydney qiegħda tiġġieled kontra numru ta’ clusters, bl-iktar wieħed tat-tħassib huwa dak tas-subborgi fil-Punent tal-belt. Dan il-cluster għandu konnessjoni ma’ stabbiliment tax-xorob li possibbilment ġie ffrekwentat minn eluf ta’ persuni matul il-perjodu tal-Milied. 

Share With: