Tnejn arrestat b’rabta ma’ droga fil-Marsa

Ilbieraħ filgħaxija ġew arrestati żewġ persuni b’rabta ma’ pussess tad-droga kif ukoll inħarġu diversi kontravenzjonijiet.

Għal xi 7:00 p.m, il-Pulizija raw żewġ persuni jaġixxu b’mod suspettuż fl-akwati ta’ Ġnien Spencer, fil-Marsa. Kif il-pulizija bdew resqin lejhom, wieħed minnhom deher jaħbi xi ħaġa. Għalhekk, il-pulizija għamlu tfittxija fuqhom u fuq raġel ta’ 37 sena min- Niġer residenti Wied il-Għajn, instabu għaxar qratas b’sustanza suspettata droga kannabis, allegatament biex jiġu ttraffikati, u fuq raġel 24 sena min-Niġerja, nstabet iżjed sustanza suspettata droga kannabis.

Iż-żewġt irġiel ġew arrestati mill-Pulizija tar-RIU, ittieħdu l-Għassa tal-Ħamrun u aktar tard ittieħdu l-lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana.

Aktar investigazzjonijiet dwar dan il-każ qegħdin isiru mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d- Droga u tad-Distrett.

F’iżjed rondi mill-Pulizija tar-RIU f’diversi toroq u ġonna tal-Marsa u l-Ħamrun, inħarġu numru ta’ kontravenzjonijiet, fosthom persuna li ma kinitx liebsa maskla, persuna oħra li kienet qiegħed tikser by-law billi nqabdet tixrob l-alkoħol fit-triq, u rigward ksur ta’ regolamenti tat- traffiku.

Share With: