Tottenham Hotspur b’taħdidiet preliminari ma’ Stuttgart dwar trasferiment potenzjali għall-winger Nicolas Gonzalez

Tottenham Hotspur bdew taħdidiet preliminari ma’ Stuttgart dwar trasferiment potenzjali għall-winger, Nicolas Gonzalez.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena kien fuq ir-radar ta’ bosta clubs Ewropej wara li mpressjona għal Stuttgart b’ħames goals f’10 logħbiet tal-Bundesliga f’dan l-istaġun.

Madankollu, l-internazzjonali tal-Arġentina ffirma kuntratt ġdid ma’ Stuttgart biss fil-bidu tal-istaġun u jinsab taħt kuntratt sal-2024.

Għaldaqstant Spurs se jkollhom iħallsu madwar £27 miljun biex jakkwsitaw lil Gonzalez, liema somma tista’ tiżdied jekk il-forma mill-aqwa tal-attakkant tkompli sal-aħħar tal-istaġun.

Share With: