Twissija biex ma jiġix ikkunsmat energy drink

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed tinforma lill-pubbliku biex ma jikkunsmax energy drink tad-ditta Monster Lew Hamilton minħabba l-possibbiltà ta’ livell għoli tal-additiv propylene glycol (E1520).

It-twissija tikkonċerna lid-dati kollha tad-durabbiltà u l-lottijiet kollha.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 21337333 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.

Share With: