Xjenzati b’ħidma biex jiżviluppaw vaċċin kontra l-COVID-19 li jista’ jiġi applikat mill-imnieħer

Riċerkaturi fl-Università ta’ Lancaster qegħdin jaħdmu fuq vaċċin kontra l-Covid-19 li jista’ jiġi applikat mill-imnieħer.

Skont siti tal-aħbarijiet f’Lancaster qed ikun irrapurtat li r-riċerkaturi applikaw żewġ dożi ta’ dan il-vaċċin bi prova fuq l-annimali. Dan jitqies bħala l-ewwel stadju fl-iżvilupp ta’ vaċċin.

Skont il-Virologu Muhammad Munir l-ewwel testijiet fuq l-annimali taw riżultati pożittivi. Huwa żied jgħid li skont l-ewwel applikazzjonijiet tal-vaċċin, dan jgħin biex mhux biss jipproteġi milli virus, iżda awtomatikament dan se jnaqqas it-trasmissjoni.

Min-naħa l-oħra huwa qal ukoll li minkejja li dawn ir-riżultati huma pożittivi, għad irid isir l-ittestjar fuq il-bniedem sabiex tkun determinata l-applikazzjoni tiegħu u jinkisbu approvazzjonijiet regulatorji.

Jekk kemm-il darba jiġi approvat dan il-vaċċin jista’ joffri diversi vantaġġi fosthom billi joffri alternattiva għal dawk li jibżgħu mil-labra jew agħar minn hekk, dawk b’kumplikazzjonijiet fil-vini bħalma huma blood clots.

Share With: