Żabbari jammetti żewġ serqiet

Żagħżugħ ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar li għandu l-vizzju tad-droga ammetta li wettaq żewġ serqiet b’dannu għal persuni li jgħixu fl-istess lokalità.

Jehiel Falzon wieġeb ħati li fid-9 ta’ Jannar li għadda, fi Triq Lia, seraq oġġetti minn fuq Maria Assunta Micallef ta’ 66 sena u li l-għada 10 ta’ Jannar, minn Triq is-Santwarju, seraq Citroen b’dannu għal Joseph Fenech.

Il-Maġistrat Neville Camilleri se jagħti s-sentenza fil-konfront ta’ Falzon fit-2 ta’ Frar li ġej.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit u Stephen Galia waqt li l-Avukat Martin Fenech deher għaż-żagħżugħ.

Share With: