Żewġ żgħażagħ jindarbu f’inċident tat-traffiku f’Għawdex

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-5:45 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kienu għadhom kemm ittieħdu żewġ żgħażagħ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara inċident b’mutur fi Triq tas-Salvatur, ix-Xewkija.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li fil-ħin tal-inċident, żagħżugħ ta’ 17-il sena li jgħix ix-Xewkija kien qiegħed isuq mutur u tilef il- kontroll tiegħu.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief. Miegħu kien hemm passiġġier ta’ 17-il sena li jgħix ix-Xewkija ukoll li ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Share With: